Kulħadd jaf illi fl-era li nixgħu fiha fejn kollox hu kompjuterizzat u diġitali, mill-fridge tad-dar sa kif naċċessaw il-kontijiet bankarji, dejjem tkun ftit ta’ uġiegħ ta’ ras biex tuża passwords li huma differenti – u li tiftakarhom kollha!
U huwa propju għalhekk illi ħafna nies, b’nuqqas ta’ ħsieb, jiddeċiedu li jagħmlu użu minn passwords ħfief. Iżda daqs kemm dan ikun ifisser inqas inkwiet biex tiftakar il-passwords, ifisser ukoll li hu aktar faċli biex ħaddieħor jaċċessa dak li int tkun trid iżżomm privat.
Fil-fatt, riċerka li ssir fuq bażi regolari turi li ħafna nies għadhom jużaw passwords bħal ‘123456’, ‘abc123’ jew saħansitra il-kelma ‘password’ sabiex jillokjaw l-accounts jew id-devices personali.
Ir-riċerka saret mill-kumpanija SplashData u tqabbel l-2018 mas-sena ta’ qabilha. SplashData evalwat miljuni ta’ passwords u ħarġet bi klassifika ta’ dawk li huma l-aktar użati. Fost il-passwords ġodda li l-aktar intużaw din is-sena hemm ‘donald’, ‘princess’ u ‘111111’. Ħafna mill-passwords jixhdu ukoll l-influwenza li jkollhom ċertu personaġġi f’dik is-sena partikolari, jew inkella varjanti ta’ passwords oħra li minn dejjem kienu popolari.
Il-lista sħiħa hi din:
1) 123456
2) password
3) 123456789 (telgħet 3)
4) 12345678 (niżlet 1)
5) 12345
6) 111111 (ġdida)
7) 1234567 (telgħet 1)
8) sunshine (ġdida)
9) qwerty (niżlet 5)
10) iloveyou
11) princess (ġdida)
12) admin (niżlet 1)
13) welcome (niżlet 1)
14) 666666 (ġdida)
15) abc123
16) football (niżlet 7)
17) 123123
18) monkey (niżlet 5)
19) 654321 (ġdida)
20) !@#$%^&* (ġdida)
21) charlie (ġdida)
22) aa123456 (ġdida)
23) donald (ġdida)
24) password1 (ġdida)
25) qwerty123 (ġdida)
*Il-lista turi l-bidla fil-pożizzjoni mill-2017 għal din is-sena
//= $special ?>