Il-Pulizija f’Għawdex irnexxielha tarresta żewġ persuni b’rabta ma’ qabda ta’ droga f’ċirkostanzi li juru li kienet se tiġi traffikata.
L-arresti saru fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa hekk kif iż-żewġ irġiel instabu fil-pussess ta’ madwar 80 gramma droga suspettata kokaina mqassma f’boroż lesti biex jinbiegħu.
Huma kienu wkoll fil-pussess t’ammont żgħir ta’ weraq tal-pjanta kannabis, żerriegħa tal-kannabis kif ukoll diversi oġġetti relatati mal-bejgħ tal-istess droga, fosthom miżien elettroniku.
Quddiem il-Qorti, it-tnejn ammettew l-akkużi ta’ traffikar u pussess tad-droga, kif ukoll kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis. L-ewwel li tressaq kien Bulgaru ta’ 20 sena residenti Marsalforn jintbagħat sentejn ħabs.
It-tieni akkużat, Neil Andrew Bebbington, Ingliż ta’ 41 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Is-sentenza fil-konfront tiegħu mistennija li ssir fis-16 ta’ Jannar.
Huma dehru quddiem il-Maġistrat Paul Coppini.
//= $special ?>