Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li 3 vetturi nqerdu kompletament min-nirien.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu fi Triq Jean de La Casserie, fil-Qawra. Fuq il-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn damu madwar sagħtejn sabiex ikkontrollaw għal kollox in-nirien.
Filwaqt li kien hemm xi 3 karozzi oħra li kellhom xi ħsarat ikkawżati kawża tan-nirien, fortuntament ħadd ma ndarab fl-inċident.
Sadanittant, il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet sabiex jiddeterminaw jekk il-kawża tan-nirien kienetx aċċidentali jew tqabbdux apposta.
Dwar il-każ, inħatret il-maġistrat Marseanne Farrugia li qed tmexxi inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>

