Sport

Amaurys Perez u d-dokumentarju 90 sena ilu fl-għaxar programm Sport Extra

Wara waqfa ta’ ġimgħa minħabba l-maratona ġbir ta’ fondi, illum mis-6.05pm ‘l quddiem fuq Net TV jixxandar l-għaxar programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm, tema għal kollox differenti hekk kif se jixxandar l-ewwel dokumentarju li qatt tħejja b’rabta mad-90 anniversarju tal-Kumitat Olimpiku Malti bl-isem 90 sena ilu, b’filmati u dokumentazzjoni unika b’muntaġġ minn Samira Cachia Spiteri.

It-tieni parti tal-programm hi marbuta ma’ wieħed mill-protagonisti ewlenin fid-dinja tal-waterpolo. Dan hu l-eks plejer tat-tim nazzjonali Taljan Amaurys Perez li jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu, fosthom il-midalja tal-fidda miksuba fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 u aktar qabel ir-rebħ tal-Kampjonat tad-Dinja fiċ-Ċina.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Ramon Farrugia.