Anzjan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura.
Il-każ seħħ il-Ħadd kmieni waranofsinhar fi Triq tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, hekk kif għal xi raġuni l-vittma ta’ 70 sena ntlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Ħal Qormi stess.
Fuq il-post ġiet msejħa minnufih ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>


