Lokali

FILMAT: Il-Parlament Ewropew jivvota favur it-tnaqqis fl-użu tal-kimiċi fuq il-post tax-xogħol

Il-Parlament Ewropew ivvota favur il-liġi ġdida li mistennija tnaqqas l-użu ta’ kimiċi u sustanzi li jistgħu jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol. Issa jmiss li l-Gvernijiet tal-Istati Membri jintroduċu din id-direttiva fil-liġijiet nazzjonali.

Net News ħa l-kummenti tal-MEP Francis Zammit Dimech, li fir-rwol tiegħu ta’ Rapporteur fuq il-liġi, ressaq diversi emendi biex il-liġi tirrifletti l-postijiet tax-xogħol f’Malta u Għawdex.

L-MEP David Casa wkoll kellu rwol fit-tfassil ta’ din il-liġi bħala Koordinatur tal-PPE fil-Kumitat tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Fil-fatt, qabel ittieħed il-vot, hu ndirizza l-Parlament Ewropew.

Matul l-istess sessjoni plenarja, ġie approvat rapport ieħor li jsaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f’pajjiżi differenti.