Lokali

Il-Qorti żżomm minuta silenzju b’rispett lejn Edel Mary Camilleri

Ir-rispett li kienet tgawdi Edel Mary Camilleri, is-Supretendent Għawdxija li tilfet il-ġlieda mal-kanċer, kompla joħroġ biċ-ċar fil-bidu ta’ seduta tal-Qorti iktar kmieni llum.

Bil-Qorti li fetħet b’urġenza biex tressqu erba’ persuni fuq każi differenti, il-Maġistrat Joe Mifsud ordna li tinżamm minuta silenzju b’rispett lejn Camilleri.

Il-Qorti ordnat ukoll li tintbagħat komunikazzjoni lill-qraba ta’ Camilleri, fejn il-Qorti turi rrispett lejha fl-istess waqt li jitwasslu wkoll il-kondoljanzi.

“Edel Mary Camilleri kienet tgħin lil ħaddieħor waqt li għaddejja mill-ikbar battalja”