Internazzjonali

Imut il-5 vittma tal-attakk terroristiku ġewwa Strasburgu

Ftit tal-ħin ilu ħarġet il-konferma illi l-ħames vittma tal-attakk terroristiku fis-Suq tal-Milied ġewwa Strasburgu tilef ħajtu.

Barter Pedro Orent-Niedzielski, ir-raġel ta’ 35 li tilef ħajtu, kien f’koma għal dawn l-aħħar jiem sakemm tilef il-ġlieda kontra l-mewt.

Dan wara li tliet ijiem ilu nqatel Cherik Chekatt mill-Pulizija fi sparatura fl-istess Belt Franċiża.

Aktar kmieni llum tfakkru l-erba’ vittmi l-oħra f’ċerimonja li saret fi Pjazza Kleber tul il-post fejn isir is-suq tal-Milied u fejn nhar it-Tlieta sar l-attakk. B’kollox, madwar 1,000 persuna attendew iċ-ċerimonja li ntemmet b’minuta applaws u d-daqq tal-innu nazzjonali Franċiż.