Lokali

Instab Buddy – il-kelb li għexieren ta’ persuni kien ilhom jiem ifittxu madwar Malta

Buddy, il-kelb li kien ilu għall-aħħar jiem mitluf, fl-aħħar instab u reġa’ qiegħed għand il-familja tiegħu.

Fl-aħħar jiem Buddy kin deher fl-inħawi tal-impjant ta’ Wasteserve, f’aħbar li kienet wasslet biex il-familja tiegħu għallinqas setgħet tkompli tittama li l-kelb għadu ħaj.

Minn dakinhar, tlett ijiem ilu, inġabru gruppi mdaqqas ta’ persuni li daru madwar Malta mgħejuna bi drones, klieb oħra u dak kollu possibbli biex jippruvaw isibu lil dan il-kelb.