Olandiż kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bil-mutur.
ll-każ seħħ il-Ħadd kmieni wara nofsinhar fil-Bypass tal-Mellieħa hekk kif għal xi raġuni l-barrani ta’ 35 sena tilef il-kontroll tal-mutur.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

