Lokali

Jake Vella joħroġ mill-ITU

Jake Vella ħareġ mill-ITU. Din l-aħbar li tħabbret fuq il-midja soċjali nxterdet fi ftit ħin u ntlaqgħet b’mod pożittiv minn bosta wara li t-tfajjel ta’ 8 snin għamel ftit inqas minn xahar fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fuq il-midja soċjali ntqal li Jake qiegħed ħerqan sabiex igawdi l-jiem tal-Milied id-dar ma’ qrabatu.

Jake kien iddaħħa fl-ITU nhar it-22 ta’ Novembru wara li sofra xi kumplikazzjonijiet hekk kif ibati minn kundizzjoni rarissima msejħa ROHHAD. Din il-kundizzjoni ġġiegħlu jżid fil-piż b’rata mgħaġġla minkejja li jagħmel ħafna eżerċizzju u jiekol iken bnin.