Waqt laqgħa f’Katowice, il-Polonja, kważi 200 pajjiż qablu fuq regoli biex jimplimentaw il-ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar il-klima.
Bħal ma kien mistenni, kien hemm tilwim tal-aħħar mumenti li ħoloq iċ-ċans li jiżvija l-konferenza li kienet ilha sejra ġimagħtejn. Imma dawn l-argumenti żvijaw l-affarijiet biss għal ġurnata waħda. Id-delegati jemmnu li ir-regoli l-ġodda se jassiguraw li l-pajjiżi jżommu l-wegħdiet li għamlu biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja.
Il-ftehim tal-Polonja għandu t-tir li bil-miżuri li se jittieħdu, il-klima dinjija ma tisħonx aktar. Dan hekk kif fil-ftuħ tal-laqgħa, rapport tan-Nazzjonijiet Uniti wissa li d-dinja kienet żvijat ħafna mill-miri biex tkun ikkontrollata l-ħsara lill-klima.
//= $special ?>

