Lokali Qorti

Jinżammu arrestati tliet barranin li daħlu f’Malta b’dokumenti foloz

Tliet barranin inżammu arrestati wara li nqabdu li daħlu f’pajjiżna b’visas foloz.

Momodu Kamara, Marrah Sallay u Weini Goiton Fitwi, mis-Sierra Leone u l-Eritrea, wieġbu mhux ħatja li ffalsifikaw tliet visas li suppost kienu maħruġa mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Skont l-akkuża, malli daħlu f’pajjiżna huma applikaw għall-ażil. Huma baqgħu arrestati sakemm tinqata’ s-sentenza finali hekk kif m’għandhomx indirizz fiss f’pajjiżna.