Lokali

Serata kommemorattiva għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

Ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fi  ħdan Kunsill Lokali tal-Mellieħa tellgħu attivita’ fl-okkażjoni tal- 25 Anniversarju  mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.

F’diskors li għamel tul din l-attivita’ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fisser kif il-politika ma tfissirx partiġġjanżmu.  Il-politika vera tfisser li tmiss mar-realtajiet ta’ kuljum tan-nies

Hu temm id-diskors tiegħu billi wera fiduċja sħiħa lejn il-kandidati kollha tal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm il-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista tal-lokal kif ukoll il-Kandidati kollha li tul dawn il-25 sena ikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-lokalita’ tal-Mellieħa.

Matul l-attivita’ kien hemm ukoll diversi kelliema fosthom il-Viċi President tal-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista tal-Mellieħa Ivan Castillo, Charles Bonello, Joe borg –  l-ewwel Sindku tal-Mellieħa kif ukoll il-Whip u l-kelliem ewlieni għall-Kunsilli Lokali fi ħdan il-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar.

Ritratti: Matthew Tabone