Internazzjonali

Tkompli tbatti l-popolarità ta’ Macron

Il-popolarità tal-President Franċiż Emmanuel Macron, wara xahar ta’ protesti vjolenti fit-toroq ta’ Pariġi, reġgħet kompliet tbatti.
Hekk kif Macron ilu biss 19-il xahar President, stħarriġ mill-Ifop, li kien ippubblikat fil-Journal du Dimanche wera li l-appoġġ tiegħu naqas b’żewġ punti perċentwali biex issa għandu l-appoġġ ta’ 23 fil-mija.
Min-naħa l-oħra, dawk li huma mdejqa bit-tmexxija tiegħu żdiedu għal sitt punti perċentwali, għal 45 fil-mija.