Lokali Saħħa

Agħti rigal li jiżboq kull rigal ieħor…agħti d-demm!

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anglu Farrugia appella biex aktar dipartimenti, aġenziji u organizzazzjonijiet jersqu biex jagħtu d-demm b’solidarjetà ma’ dawk il-persuni ta’ kull età, minn trabi sa anzjani, li l-fejqan tagħhom jiddependi minn dawn id-donazzjonijiet.

Dan qalu waqt żjara li huwa għamel flimkien ma’ numru ta’ uffiċjali tal-Parlament fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi ħdan Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia.

Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tal-Parlament ta’ dan il-ġest altruista li jieħdu fuq bażi regolari, wera wkoll l-apprezzament tiegħu għall-ħaddiema tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għax-xogħol siewi li jagħmlu kif ukoll tal-inizjattivi li jieħdu biex iqajmu aktar għarfien dwar il-bżonn tal-għoti tad-demm.