Futbol Sport

Avversarji favorevoli għal Napoli u Inter; Lazio jitilgħu kontra Sevilla

It-timijiet Taljani Napoli u Inter telgħu f’polza favorevoli kontra FC Zurich u Rapid Vienna rispettivament hekk kif kienu seeded fil-polza tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-tim Taljan l-ieħor fil-kompetizzjoni Lazio, hekk kif telgħu biex jilagħbu kontra t-tim Spanjol Sevilla.

Iż-żewġ timijiet Ingliżi li għadhom fil-kompetizzjoni Arsenal u Chelsea wkoll għandhom avversarji li jibdew favoriti li jeliminaw, filwaqt li jispikkaw konfronti bilanċjati u interessanti bħal Celtic v Valencia, Galatasaray v Benfica, Sporting v Villarreal u Fenerbahce v Zenit.

Il-poloz tal-aħħar 32 tal-Europa League

Viktoria Plzen v Dinamo Zagreb

Club Brugge v Red Bull Salzburg

Rapid Vienna v Inter

Slavia Praga v Genk

Krasnodar v Bayer Leverkusen

FC Zurich v Napoli

Malmo v Chelsea

Shaktar Donetsk v Eintracht Frankfurt

Celtic v Valencia

Rennes v Real Betis

Olympiacos v Dynamo Kyiv

Lazio v Sevilla

Fenerbahce v Zenit

Sporting v Villarreal

BATE Borisov v Arsenal

Galatasaray v Benfica