Il-Partit Nazzjonalista jinsab impenjat li jkompli jinċentiva lill-privat biex jinvesti u jkompli jikber biex b’hekk jinħoloq iktar xogħol ta’ kwalità, b’pagi u kundizzjonijiet aħjar.
Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li akkumpanjat minn Andre Grech mill-fergħa SMEPN, żaru l-uffiċċji tal-grupp Marant, f’Ħaż-Żebbuġ.
Hawn kien innutat kif il-bżulija tad-diretturi Maltin wasslet biex illum-il ġurnata l-grupp joffri impjieg lil mijiet ta’ familji f’pajjiżna.
Filfatt minn kumpanija ta’ sitt impjegati għaxar snin ilu, illum-il ġurnata l-grupp Marant jimpjega mas-700 ħaddiem u jmexxi 56 The Convenience Shop madwar Malta u Għawdex.
Dan apparti li l-grupp qed iħares lejn l-2019 fejn hu kommess li jiftaħ 12-il ħanut ieħor sa Ġunju waqt li jħares ‘il quddiem ukoll li jespandi fuq livell internazzjonali.