Futbol Sport

CHAMPIONS LEAGUE: Juventus kontra Atletico u Man United kontra PSG

Konfront diffiċli għat-tim ta' Jurgen Klopp

It-tim ta’ Jose Mourinho se jkun qed jiffaċja l-qawwa ta’ Paris Saint Germain fiċ-Champions League. Dan hekk kif illum ittellgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar 16.

Fost l-aktar konfronti diffiċli hemm dak bejn Liverpool u Bayern Munich illi huma tnejn mill-aktar timijiet Ewropej li gawdew suċċessi f’dan il-livell. Juventus, waħda mill-aktar formazzjonijiet favoriti fil-kompetizzjoni ta’ din is-sena, se jaffrontaw oppożizzjoni Spanjola.

Il-poloz ġew hekk:

Schalke 04 vs Manchster City
Atletico Madrid vs Juventus
Manchester United vs PSG
Tottenham vs Borussia Dortmund
Lyon vs FC Barcelona
Roma vs Porto
Ajax vs Real Madrid
Liverpool vs Bayern Munich

Minn din il-fażi, se tibda tintuża wkoll is-sistema tal-VAR.