Lokali

Dar Merħba Bik: Aktar servizzi għall-vittmi tal-vjolenza domestika

Is-sena d-diehla s-Sorijiet tal-Bon Pastur se jkunu qed jiftħu shelter gdid ghall-vittmi tal-vjolenza domestika – Dar Santa Bakita.

Dar li għandha l-għan li tkun il-pass li jmiss wara li l-vittmi tal-vjolenza domestika jgħaddu minn perjodu f’Dar Merħba Bik.

Dar Santa Bakita se tkun qed tilqa’ tliet familji fl-istess ħin, u għandha l-iskop li dawn il-persuni jiksbu iktar ħiliet u jsiru dejjem iktar indipendenti qabel jirritornaw fis-soċjetà.

L-ahbar inghatat it-Tnejn meta gie iffirmat ftehim ta’ tliet snin.

Hafna mix-xoghol li jsir f’dawn l-istituzzjonijiet hu kordinat mis-Sorijiet tar-Raghaj it-Tajjeb – xoghol li hafna drabi ma jidhirx, isir minghajr daqq ta’ trombi, izda huwa krucjali biex fis-socjeta’ taghna jkollna appogg ghal nisa u familji li jkunu ghaddejin minn zmien ikrah.

Fl-ahhar 38 sena, dawn is-Sorijiet offrew refugju lil mijjiet ta’ vittmi, partikolarment nisa li ghaddew minn vjolenza.

Kif tispjega Sister Doris Saliba, din id-dar hi xhieda ta’ messaġġ importanti lill-vittmi tal-vjolenza domestika.

Waqt żjara f’Dar Merħba Bik, fejn kien hemm l-opportunità li wieħed jara s-servizzi offruti lill-vittmi tal-vjolezna domestika, spikka wkoll il-messaġġ li kulħadd jista’ jkun vittma tal-vjolenza domestika.