Lokali

Dewmien eċċessiv, nuqqas, u traskuraġni.. dan huwa l-istat ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan

Nuqqas ta’ konsistenza, traskuraġni b’diversi perikli, mingħajr ma jittieħdu miżuri ta’ sigurtà għas-sewwieqa u n-nies.

Hekk qed jiġi deskritt ix-xogħol li qiegħed isir fi Triq il-Wied f’Ħal Balzan. Diversi residenti ta’ Ħal Balzan, u oħrajn li regolarment jgħaddu minn din it-triq jew jaħdmu fil-viċin, qalulna li t-triq tinsab fi stat tal-waħx u numru ta’ sewwieqa qed isofru ħsarat anke fil-vetturi tagħhom.

NetNews tkellem ma’ membri fi ħdan il-Kunsill Lokali li qed jagħmel ħafna pressjoni fuq Infrastructure Malta biex dawn il-punti jingħataw widen.

Intqal li t-triq kellha numru ta kumplikazzjonijiet li l-Balzanin konxji minnhom pero dan ma jiġġustifikax dan id-dewmien eċċessiv. Intqal ukoll li dan il-proġett kelli jitlesta f’Settembru li għadda… minflok iżda għadu fi stat bikri… bil-Gvern jgħid li ma kienx jaf f’liema stat kienet it-triq.. dan meta suppost saru studji professjonali ferm qabel bdiet tinqala’ t-triq.

Tags