Raġel ta’ 47 sena safa ferut gravi f’inċident ieħor li seħħ fuq il-post tax-xogħol.
L-inċident ġara fi Triq Sant’Antnin f’Ħaż-Żabbar għall-ħabta tal-10:40am f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-Pulizija qalet li l-ħaddiem, li huwa mill-Pakistan u jgħix Tas-Sliema, spiċċa ferut meta għal xi raġuni waqgħu xi briks fuqu waqt li kien qiegħed jaħdem.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, u aktar tard l-Pakistani ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>