Skont l-Isqof t’Għawdex Mario Grech, l-iskandlu ta’ Alla huwa li twieled u sar tarbija biex iġarrab dak kollu li jġarrab il-bniedem.
Mons. Grech qal dan fil-messaġġ tiegħu għall-Milied fejn sostna li dan kien l-istess messaġġ li l-anġlu ta’ Alla wassal lir-ragħajja f’Bethlehem. L-Isqof qal li l-anġlu tal-Mulej kien ħabbar li kien se jitwieled salvatur mimdut f’maxtura.
L-Isqof Mario Grech tkellem dwar l-imħabba materna ta’ Marija li uriet lil Ġesù – tarbija tat-twelid. Kompla jispjega li meta twieled, Marija geżwret lil Ġesù bil-faxex u ftit tas-snin wara kellha tara lil binha nfaxxat minħabba l-ġrieħi li sofra meta ssallab.
L-istess imħabba li Marija uriet lil Ġesù, Marija qed turih lill-bnedmin kollha.
L-Isqof ta’ Għawdex qal li ftit tal-ġimgħat ilu bdiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ 400 sena minn meta l-kwadru tal-Madonna tpoġġa fis-Santwarju ta’ Pinu.
Fost l-oħrajn huwa awgura n-nattività tal-Bambin lil kulħadd u li dan l-ispirtu jibqa’ fostna tul is-sena kollha.
//= $special ?>