“L-appell tiegħi lis-soċjetà huwa li naħsbu li huwa tajjeb li kulħadd għandu jgawdi mill-ġid għax il-ġid huwa barka imma jkollna barka ikbar jekk il-ġid jitqassam bil-ġustizzja u naħsbu wkoll f’min hu xi ftit batut.” Hekk stqarr l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna meta fit-tielet Ħadd tal-Avvent ikkonċelebra quddiesa organizzata milll-Gruppi Familji Nsara (GRUFAN) meta tfakkret il-festa tal-Familja Mqaddsa.
Mons Scicluna qal illi waħda mill-barkiet li għandna fis-soċjetà tagħna hi li meta bniedem ikun f’diffikultà isib il-wens fil-qraba.
“Kultant tisma’ xi stejjer li jweġġgħuni xi ftit għax donnha din il-ħaġa qiegħda tonqos. Imma nixtieq nagħti parir wieħed: jekk taf li hemm xi ħadd li jiġi minnek u jinsab fil-bżonn, la tagħlaq il-bieb ta’ qalbek u lanqas butek għalih. Faċli tgħidha imma mhux faċli tgħixha.”
//= $special ?>