Atletika Sport

Lisa Marie Bezzina l-ewwel atleta femminili li ttemm in-nofs maratona ta’ Pisa

L-atleta Maltija Lisa Marie Bezzina rebħet in-nofs maratona ta’ Pisa wara li kienet l-ewwel atleta femminili li temmet il-21 kilometru f’ħin ta’ 1:18.13.

B’hekk Bezzina rebħet din l-edizzjoni għat-tieni sena konsekuttiva fejn anki tejbet il-ħin wara li s-sena l-oħra waqqfet l-arloġġ f’1:19.42. Għaxar sekondi warajha daħlet it-Taljana Lorenza Beccaria u Claudia Gelsomino spiċċat fit-tielet post f’ħin ta’ 1:19.34.

Fin-nofs maratona ħadu sehem 1517-il atleta, bl-atleta Malti Luke Micallef itemm fir-raba’ post fil-maratona b’ħin ta’ 1:11.09 biex kien l-ewwel Malti li temm il-21 kilometru. Simon Spiteri daħal fid-19-il post f’ħin ta’ 1:17.56 u Peter Azzopardi spiċċa fid-29 post f’1:19.55.

Ħadu sehem ukoll aktar atleti Maltin f’diversi kategoriji fl-ordni li temmew. Dan kienu Duncan Abdilla, Christian Bezzina, Kevin Casaru, Tara Abdilla, Rachel Borg, Roderick Pace, Gianella Bugeja, Carmen Hili, Marica Micallef, Fabian Casha, Charlon Cutajar, Norman Aquilina, Christopher Mangion, Joanna Camilleri, Nigel Dimech, Stefan Debono, Julian Fenech, Roberto Demicoli, Alexei Mifsud, Marvin Abela, Joanne Casha, David Galea, Matt Azzopardi, Donatella Fenech, Joseph Cremona, Cherylie Grech, Marquita Muscat, Stephanie Smith, Justin Pace, Ian Dye, Claire Incorvaja, Clint Farrugia, David Demarco, Peter Perotti, Alfred De Marco, Graziella Scicluna, Angie Conti.