Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 43 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq f’Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.10 ta’ filgħaxija tal-bieraħ fi Triq l-Ingiered.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kif waslet fuq il-post sabet lis-sewwieq bil-mutur maqlub fuqu.

Fuq il-post isejħet ambulanza u ħadet lis-sewwieq l-isptar, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.

Dwar l-inċident infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud. Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.