L-uffiċjali Franċiżi qalu li dalwaqt se jitressqu akkużi formali kontra kompliċi ta’ Chérif Chekatt, ir-raġel li wettaq l-istraġi fis-Suq tal-Milied fi Strasburgu.
Dan hekk kif issa l-vittmi ta’ dan l-attakk terroristiku telgħu għal ħames persuni, wara l-mewt ta’ raġel Pollakk li kien ilu f’koma għal dawn l-aħħar ġranet.
Ir-raġel ta’ 37 sena li mistenni jiġi akkużat li kien kompliċi ta’ Chekatt, s’issa ma kienx identifikat imma hu magħruf li kien arrestat il-Ħamis. L-indikazzjonijiet huma li hu pprovda l-pistola li biha spara Chekatt fl-attakk ta’ ġimgħa ilu. Chekatt inqatel jumejn wara fi sparatura mal-Pulizija fi Strasburgu stess.
L-ISIS qed isostni li Chekatt kien ġellied tiegħu u missieru qal li ibnu kien jemmen fil-kawża tal-ISIS.
//= $special ?>

