Tifla ta’ tliet snin tinsab f’kundizzjoni kritika wara li spiċċat stuprata fil-kapitali, Delhi.
Ir-raġel hu ġar tal-familja tat-tifla u li issa jinsab taħt arrest. It-tifla nstabet il-Ħadd mixħuta mal-art mitlufa minn sensiha. Il-ġirien imbagħad inġabru u ħebbew għar-raġel, li inzerta wkoll għassies tal-blokk bini li fih kienet tgħix il-familja tal-vittma u kellu jingħata l-kura għall-feriti li ġarrab mill-folla.
Il-Ħadd kien is-sitt anniversarju mill-istupru brutali ta’ studenta fuq karozza tal-linja fil-kapitali. Każ li kien waddab d-dawl fuq il-liġijiet laxki dwar l-istupru fl-Indja.
Jekk jinstab ħati, ir-raġel jista’ jingħata l-piena tal-mewt.
//= $special ?>

