Kultura Lokali

Trevor Zahra onorat mill-Akkademja tal-Malti

Il-kittieb popolari Trevor Zahra rebaħ il-premju tal-Akkademja tal-Malti għal din is-sena.

Dan tħabbar mill-President tal-Akkademja l-Professur Albert Borg, f’ċerimonja li attendew għaliha diversi professjonisti tal-lingwa Maltija u mistednin distinti oħrajn. Zahra ġie premjat mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Il-Professur Borg sostna li Trevor Zahra jixraqlu dan il-premju għaliex hu ħadem tul ħajtu kollha għal-letteratura u l-ilsien Malti. Dan għamlu fost l-oħrajn bil-pubblikazzjoni ta’ diversi kotba, ħafna minnhom kotba għat-tfal u diversi xogħlijiet li jintużaw anke fl-iskejjel.