Lokali

Adrian Delia dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja

Jeħtieġ tittieħed azzjoni immedjata

Mhux vera li l-Gvern talab hu r-rapport tal-Kummissjoni Venezja.
Mhux vera li għamel dan sabiex iħares is-saltna tad-dritt f’pajjiżna.
Mhux vera li dan ir-rapport jagħti xi tip ta’ ċertifikat lill-Gvern dwar il-governanza f’pajjiżna.

Dak li jagħmel dan ir-rapport hu li jelenka lista ta’ nuqqasijiet u li jiddeskrivi l-uffiċju tal-Prim Ministru bħala ċ-ċentru assolut tal-poter.

Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt il-prograrmm Net Live fuq Net TV. Adrian Delia qal li l-istituzzjonjiet li kienu jaħdmu kif suppost sa ftit snin ilu, illum huma maħkuma mill-Prim Ministru u ma jsitgħux jaħdmu b’awtonomija. Hu semma wkoll kif il-Prim ministru għażel persuni biex jaqduh kif irid….
Adrian Delia qal li l-istess ġara bl-Avukat Ġenerali bir-riċultat li ċ-ċittadin ma jħossux protett, b’differenza ċara għall mod kif huma pprotetti dawk ta’ madwar il-Prim Ministru.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern issa jrid jara li r-rakomandazzjonijiet li qed jagħmel dan ir-rapport, isiru.

Adrian Delia qal li l-Kummissjoni qalet dak li ilha tgħid l-Oppożizzjoni għal diversi xhur, kif ukoll dak li sab Franco Debono li l-Gvern stess ħatru biex jagħmel il-proposti tiegħu.

Hu kompla jitkellem ukoll dwar il-kpiepel differenti tal-Avukat Generali u dwar kif il-Prim Ministru illum qiegħed f’pożizzjoni li jista’ jispiċċa ostaġġ ta’ dawk ta’ madwaru.