Futbol Sport

Al Ain jeliminaw lil River Plate u se jikkontestaw il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-klabbs

(Ritratt: EPA)

Al Ain għelbu liċ-champions tal-Amerika ta’ Isfel River Plate 5-4 bl-għoti tal-penalties biex għaddew għall-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-klabbs wara li l-logħba fil-ħin regolamentari ntemmet 2-2. Il-gowlkiper ta’ Al Ain Khalid Eisa salva l-penalty deċiżiv biex jistennew it-tieni semifinali bejn Real Madrid u Kashima Antlers.

Al Ain kellhom bidu mill-aqwa u fetħu l-iskor wara tliet minuti b’daqqa ta’ ras minn korner. Reazzjoni immedjata ta’ River Plate li dawru l-iskor malajr b’doppjetta ta’ Santos Borre sas-16-il minuta. Caio ġab id-draw fil-51 minuta b’xutt bil-lemin mill-viċin. Gonzalo Martinez kellu ċ-ċans li jpoġġi lit-tim Arġentin 3-2 minn fuq fid-69 minuta iżda l-penalty tiegħu stampa mal-mimduda.