Il-Papa Franġisku kkundanna lill-mexxejja radikali li qegħdin iwaħħlu fl-immigranti għall-problemi li għaddejjin minnhom pajjiżhom, bħalissa. Hu kellu wkoll kliem iebes għall-‘impenji li jtellfu l-fiduċja u l-għaqda fost il-membri tas-soċjetà’, b’kundanna oħra tkun riservata għall-persuni li jibbażaw fuq il-politika razzista u xenofobika, bil-għan ta’ gwadann diżonest.
Il-Kap tal-Kattoliċi jagħti importanza kbira lid-difiża tal-immigranti meta l-immigrazzjoni hi fost l-aktar issues polemikużi f’pajjiżi bħall-Istati Uniti, l-Italja, il-Ġermanja u l-Ungerija.
Il-Papa fisser bħala ‘inaċċettabbli’ kwalunkwe diskors politiku li jipprova jwaħħal fl-immigranti għal kull ħażen li jeżisti. Hu, intant, ikkundanna ‘aġir li joqtol it-tama tal-foqra u tal-aktar persuni fil-bżonn tal-għajnuna’.
Kundanna oħra kienet dwar in-nuqqas ta’ fiduċja li hu rifless ukoll fuq il-livell politiku ‘fost atteġġjamenti u forom ta’ nazzjonaliżmu li jixħtu f’dubju l-kunċett tal-fraternità li tant teħtieġ id-dinja globalizzata’.
Il-Papa, imbagħad, tkellem kontra l-aġir ta’ xi politiċi li, fi kliemu, itellef id-demokrazija awtentika minbarra li jgħarraq il-ħajja pubblika b’diversi forom ta’ korruzzjoni.
Hu, hawnhekk, irrefera għall-misapproprjazzjoni ta’ riżorsi pubbliċi; gwadann diżonest; ix-xenofobija, ir-razziżmu, l-inkwiet għall-ambjent u s-serq jew qerda tar-riżorsi naturali.
//= $special ?>

