Futbol Sport

Fiorentina f’pajjiżna għall-kamp ta’ taħriġ fil-bidu tas-sena d-dieħla

Il-klabb Taljan tas-Serie A Fiorentina se jkun qed iżur f’pajjiżna fil-bidu tax-xahar id-dieħel bħala parti minn kamp ta’ taħriġ fix-xitwa. Dan se jsir fit-Training Grounds tal-Malta Football Association bejn il-5 u l-10 ta’ Jannar. B’hekk kienet konfermata l-aħbar li nħarġet fuq il-paġna ta’ Replay fuq facebook ġimgħat ilu.

Waqt il-jiem li se jagħmlu f’pajjiżna, Fiorentina se jieħdu sehem flimkien ma’ Gżira United u Hibernians fil-Visit Malta Tournament li se jsir l-Erbgħa 9 ta’ Jannar. B’kollox se jsiru tliet logħbiet ta’ 45 minuta. Gżira United u Hibernians jilagħbu fis-5.45pm, Fiorentina jilagħbu kontra Hibernians fis-7.00pm u fit-8.00pm Fiorentina jilagħbu kontra Gżira United.