200 studenta mill-iskola Mater Boni Conisli, St Joseph ta’ Raħal Ġdid se jtellgħu kunċert b’differenza… hekk kif se tkun qed tingħaqad magħhom il-kantanta Taljana Francesca Alotta.
Alotta kienet rebħet il-kategorija tal-kantanti ġodda fil-Festival ta’ San Remo fl 1992 flimkien ma Aleandro Baldi bid-diska Non Amarmi.
Il-Kap tal-iskola Mater Boni Consili, Kenneth Vella,, waqt konferenza tal-aħbarijiet, spjega kif l-iskola kull sena bħal daż-żmien ittella kunċert b’risq il-karità. Din is-sena, l-iskola stiednet lil Francesca Alotta, biex t flimkien mat-tfal tkanta f’dan il-kunċert.
Alotta se tkun qed tniedi wkoll CD ġdida bl-isem ta’ Anima Mediterranea, li tiġbor fiha diski taljani li jmorru lura sas-sena 1700. Parti mill-qligħ mill-bejgħ ta’ dan is-CD wkoll se jmur għall-Community Chest Fund.
Francesca Alotta hi magħrufa sew fl-Italja għall-involviment tagħha fil-qasam soċjali u tagħti ħafna kunċerti b’risq dawk l-aktar vulnerabbli. Hi qalet li kif Kenneth Vella stedinha biex tipparteċipa f’dan il-kunċert laqgħet l-istedina bil-qalb.
Minbarra il fuq minn 200 studenta li se tkun qed tipparteċipa f’dan il-kunċert, flimkien ma’ Francesca Alotta se tingħaqad ukoll il-kantanta Maltija Amber.
//= $special ?>

