Dak li huwa suppost inbidel f’post ta’ rikrejazzjoni f’ Ħad-Dingli, u li l-midja ssejjħet għall-ftuħ tiegħu, m’huwa xejn għajr ħamrija u ftit siġar imħawwla.
Waqt l-istess ftuħ saqsejna lill-Ministru Ian Borg fuq ix-xogħlijiet li saru fil-Marsa-Ħamrun flyover u fejn qegħdin il-bicycle lanes f’dan il-proġett, wara li l-Prim Ministru ftit tal-jiem ilu saħaq li fil-proġetti ġodda ser ikun qed jagħti aktar aċċess lil dawk li jagħmlu użu minn mezzi differenti tat-trasport.
Iżda l-ministru dawwar il mistoqsija fuq ix-xogħolijiet li qed isiru fil-flyover tal-Marsa u kompla jaħrab mill-mistoqsija.
Staqsejnih ukoll x’ser jiġri biex il-proġetti li diġa saru jaqblu ma’ dak li qal il-Prim Minstru nhar il-Ħadd li għadda, jiġifieri li jkunu aċċessibli għal kull tip ta trasport bħal pereżempju r-roti..
Iżda minflok wieġeb il-mistoqsijiet tagħna, Ian Borg reġa għal darbohra mera dak li qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd.
//= $special ?>

