Irridu nifhmu dak li verament jinteressa lin-nies. Dak li jaħsbu u jinkwetaw fuqu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Dak li hu importanti għalihom. Irridu nkunu kapaċi nħossu dak li qed iħossu l-individwi u l-familji Maltin.
Hekk biss, il-Partit Nazzjonalista jista jkun verament alternattiva għal Gvern li inqata’ mir-realtajiet tan-nies.
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’diskors li għamel waqt riċeviment fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema fejn kompla mat-tema tal-Kunsill Ġenerali li saħqet dwar il-bżonn li terġa tissaħħaħ socjetà li jimpurtaha,
Adrian Delia qal li qed ikollu l-opportunità li jitkellem ma ħafna nies. Nies li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, iżda qed jifhem li l-affarijiet li jħassbu lil bosta nies differenti huma simili. L-ulied, l-iskola, it-traffiku u t-trasport, l-opportunitatjiet.
Adrian Delia qal li iktar ma jiltaqa’ ma nies iktar jikkonvinċi ruħu li l- Partit Nazzjonalista jista joffri alternattiva ferm aħjar mill-Gvern tal-gurnata li nesa lill-ħafna nies. Hu temm billi qal li l-partit tal-ħaddiem, nesa’ lill-ħaddiem, u li l-partit soċjalista, nesa’ t-tifsira tas-soċjaliżmu.
Preżenti għar-riċeviment kien hemm il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Nazzjonalista u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.
//= $special ?>