Lokali

Il-President ta’ Malta tappella għall-ġenerożità

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro appellat biex il-poplu Malti jkun ġeneruż għall-Istrina b’risq il-Malta Community Chest Fund. Dan fost ukoll ringrazjament lejn il-Maltin għall-ġenerożità li dejjem urew.

Dan qalitu waqt il-programm Tearoom ippreżentat minn Louise Tedesco. Il-President ta’ Malta qalet ukoll dwar il-ħidma li qed tagħmel il-Malta Community Chest Fund ma’ dawk fil-bżonn.

Marie Louise Coleiro Preca tkellmet ukoll fuq l-importanza tal-Istrina.

Hija minn tant appellat mill-ġdid lill-poplu Malti u Għawdxi biex mill-ġdid jkun ġeneruż u jgħin lill-ħutu Maltin oħra biex dan il-fond jerġa’ jkun ta’ Forċina għal dawk fil-bżonn.