Is-Sindku ta’ Genova ħabbar illi llum wara nofsinhar se jkun magħruf l-isem tal-kumpanija jew konsorzju illi se jibnu l-pont ta’ Genova li ġġarraf is-Sajf li għadda fi traġedja li ħalliet ġerħa kbira għal dan ir-reġjun Taljan.
Id-digriet li bih jistgħu jibdew ix-xogħlijiet se jkun ippubblikat għall-ħabta tal-4pm.
Ġurnali Taljani qed isemmu lil Salini Impregilo, flimkien ma’ Italferr, li possibbilment jieħdu f’idejhom dan il-proġett massiċċ. Ħafna qed jinsistu li l-kumpanija Salini Impregilo minn dejjem kienet favorita.
Fit-traġedja ta’ lejlet Santa Marija kienu mietu 43 persuna.
//= $special ?>