Keith Camilleri ta’ Camilleri Racing Team rebaħ il-kampjonat nazzjonali tal-hillclimb organizzat mill-Island Car Club għat-tielet darba wara l-aħħar rawnd li sar ftit jiem ilu. B’kollox saru seba’ rawnds tal-kampjonat, bl-aħħar tnejn isiru l-ġimgħa l-Ħamis 13 u l-Ħadd 16 ta’ Diċembru fit-triq popolari għal hillclimb fl-Imtaħleb.
Is-sitt rawnd intrebaħ minn Fabio Baldacchino li daħal fit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat minkejja li din kienet l-ewwel rebħa tiegħu. Dan minħabba li ġabar biżżejjed punti fir-rawnds preċedenti wara li kien spiċċa t-tieni u t-tielet regolarment.
B’hekk il-kampjonat baqa’ miftuħ sal-aħħar tellieqa tar-rawnd finali, b’Camilleri joħroġ rebbieħ fuq Baldacchino b’vantaġġ ta’ seba’ punti. Camilleri rebaħ erba’ rawnds u spiċċa b’total ta’ 50 punt, bis-sewwieq l-ieħor ta’ Camilleri Racing Team, Kurt Camilleri jispiċċa fit-tielet post b’19-il punt.
//= $special ?>