Futbol Sport

Manchester City fis-semifinali tal-League Cup

Il-holders Manchester City għaddew għas-semifinali tal-League Cup wara li għelbu lil Leicester bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba fil-ħin regolamentari spiċċat 1-1. Kevin de Bruyne kien poġġa lil City minn fuq wara 14-il minuta, iżda Marc Albrighton kien ġab id-draw fit-73 minuta.

Ir-regoli tal-kompetizzjoni jgħidu li logħba tmur dirett għall-għoti tal-penalties jekk tintemm fi draw. Harry Maguire skorja l-ewwel penalty u l-istess għamel Ilkay Gundogan għal City. Leicester fallew tliet penalties konsekuttivi, b’Sterling ifalli għal City iżda Gabriel Jesus u Olexandr Zinchenko skorjaw. Fil-logħba l-oħra Burton Albion eliminaw lil Middlesbrough 1-0 bil-gowl rebbieħ jasal minn Jake Hesketh fit-48 minuta.