Lokali

Mill-inqas kumpanija tal-ajru Maltija involuta f’evażjoni tat-taxxa fl-Italja

Il-Guardia di Finanza tal-Italja, il-Pulizija ta’ kontra r-reati kriminali, kixfet ċirku ta’ kumpaniji ta’ jets privati li kienu qed jinżlu fl-Ajruport ta’ Costa Smeralda ta’ Olbia mingħajr ma’ jħallsu t-taxxa dovuta.

Fil-mira tal-Pulizija kien hemm 54 kumpanija, fosthom mill-inqas waħda Maltija, li kienu jittrasportaw persuni importanti u negozjanti iżda li tagħhom ma kinux iħallsu t-taxxa.

L-investigazzjonijiet urew li l-evażjoni fiskali kien ilha għaddejja snin bil-kumpaniji li suppost kienu qed iħallsu minn €100 għal kull vjaġġ iqsar minn 1,500 kilometru għal €200 għal vjaġġi itwal.

Waqt li osservaw l-inżul ta’ dawn l-ajruplani privati u segwew l-ammonti ta’ persuni abbord, kien verifikat li 54 kumpanija tal-ajru evadew it-taxxa għal ċifra li taqbeż iż-2 miljun.

Minbarra li hemm tal-inqas kumpanija waħda Maltija, inqabdu wkoll 14-il kumpanija Ġermaniża, 9 mill-Awstrija, 6 mir-Renju Unit, 3 mis-Serbja, 2 mil-Lussemburgu, 5 mir-Repubblika Ċeka u oħrajn mir-Rumanija, Bermuda, Żvezja u Spanja.