Lokali

Net TV u Net FM iżommu udjenzi stabbli

Net TV u Net FM żammew l-udjenzi tagħhom skont stħarriġ ta’ l-opinjoni publika maħruġ mill-Awtorita tax-Xandir.

L-istħarriġ isir mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-Gvern l-NSO u jistudja l-udjenzi tar-radju u t-televiżjoni fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru li għadda, malli bdew l-iskedi l-ġodda.
TVM baqa fuq quddiem segwit minn ONE TV u Net TV waqt li Bay Radio żamm il-post fil-quċċata tal-klassifika tas-semmiegħa tar-radju. NET FM tela fis-sitt post.

Fost il-programmi l-iżjed popolari fuq NET TV jibqa NET NEWS segwit mid-drama televiżiva ġdida Fattigi. Il-progamm NET Live żied l-udjenzi tiegħu waqt li Net TV irreġistra udjenzi ġodda f’ħinijiet li fihom ma kienx b’saħtu bhalma hi l-faxxa ta’ wara NetNews bil-programm Puree kif ukoll nhar t’ Erbgħa bil-programm Sorsi Infurmati.

NET FM ukoll irreġistra titjib f’ċertu faxex tal-jum. Fost dawn hemm il-breakfast shows Wake-Up Call u Club 101 kif ukoll il-programmi ta’ wara nofsinhar Follow-Up u Buckle-Up.

Fl-ewwel kumment tiegħu iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications, Pierre Portelli, iringrazzja lil ħaddiema kollha tal-ħidma tagħhom favur l-istazzjnijiet Net TV u Net FM.
Iżda hu żied jgħid li ma jħossux sodisfatt b’dan l-istħarriġ tal-NSO għaliex skont Pierre Portelli fih wisq inkonsistenzi.

Pierre Portelli qal li kull statistika hi għodda importanti biex l-istazzjonjiet ibidlu u jtejbu l-prodott tagħhom u biex l-klijenti jkunu jafu fejn l-aħjar li jpoġġu r-reklami tagħhom b’hekk jistenna li l-Awtorita tax-Xandir għandha tippublika d-data preċiża li għandha mingħand il-kumpanniji tal-cable TV f’pajjiżna. Waqt li stħarriġ tal-opinjoni isir bit-telephone, f’dan il-każ mill-ħaddiema tal-Gvern, id-data li jipprovdu ż-żewġ kumpanniji tal-cable f’pajjiżna tinqara direttament mill-kaxxi f’kull dar, b’hekk hi preċiża. Pierre Portelli żied jgħid li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jitlob li jiltaqa mal-Awtorita tax-Xandir biex din l-informazzjoni elettronika tkun pubblikata wkoll.

Tags