Lokali

Progress fuq il-liġi ta’ drittijiet ġodda lill-ġenituri

Minimu ta’ 10 t’ijiem leave għall-missirijiet. Flessibilità fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Leave għal impjegati li jieħu ħsieb qraba morda. Leave mħallas għall-ġenituri. Dawn huma wħud mid-drittijiet il-ġodda li mistennija iddaħħal id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn il-Ħajja u x-Xogħol. Direttiva li qed imexxiha ‘l quddiem l-MEP Malti tal-Partit Nazzjonalista David Casa.

Fil-fatt, skont l-MEP Casa, in-negozjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Gvernijiet u l-Kummissjoni Ewropea waslu fi tmiemhom, wara ħames rawnds ta’ negozjati intensivi. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew qal li din il-liġi.

Il-liġi proposta se tintroduċi minimu ta’ 10 t’ijiem leave għall-missirijiet meta titwieled tarbija, u d-dritt għal leave mħallas għal kull ġenitur fl-ewwel snin tal-ħajja tat-tarbija.

Jekk in-negozjati jkunu ta’ suċċess, Malta se tkun waħda mill-istati membri li se tara fost l-akbar żieda fid-drittijiet tal-ġenituri u l-carers. Il-leave tal-carers se jkun dritt kompletament ġdid. Bħalissa, l-leave tal-ġenituri jeżisti iżda m’huwiex imħallas. Dan mistenni jinbidel u l-leave għal kull ġenitur jkun imħallas, u b’hekk jintuża aktar.

Il-leave tal-missirijiet f’Malta, li hu mħallas, jvarja minn ġurnata waħda fis-settur privat għal 5 t’ijiem fis-settur pubbliku. Permezz ta’ din id-direttiva, l-allokazzjoni minima mistennija tiżdied għal 10 t’ijiem ta’ leave mħallas fil-perjodu li titwieled it-tarbija.

David Casa qal li qgħad attent ukoll għat-tħassib ta’ min iħaddem, b’mod partikolari l-SMEs, u għalhekk ħadem biex jassigura li d-direttiva toħloq bilanċ, u jkun hemm is-salvagwardji neċessarji.

David Casa temm jgħid li hu kawt, iżda jinsab ottimist li n-negozjati jistgħu jiġu fi tmiemhom fil-ġimgħat li ġejjin.