L-eks stilla ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer qed jissemma’ bħala favorit li jkun hu caretaker manager tal-klabb, wara t-tkeċċija ta’ Jose Mourinho.
Solskjaer għadu 45 sena u preżentament hu manager ta’ Molde. Hu lagħab għal United bejn l-1996 u l-2007 f’era tad-deheb għal dan il-klabb Ingliż.
Mourinho, li għandu 55 sena, spiċċa minn Old Trafford wara sentejn u nofs fit-tmexxija.
//= $special ?>