Lokali

Baqgħu bla Childrens’ Allowance

Taħwid, tnaqqis u ttardjar fil-ħlasijiet taċ-Childrens’ Allowance

Numru ta’ persuni kitbu fuq il-media soċjali dwar il-fatt li ma rċevewx il-ħlasijiet dovuti fl-aħħar xhur, oħrajn li reċevewh bi tnaqqis, u oħrajn illi qalulhom li ma ntbgħatulhomx il-ħlas dovut peress li ma bgħatux il-formula FS3 lid-dipartiment.

Persuni li tkellmu ma’ In-Nazzjon qalu li meta ndunaw li ma rċevewx il-ħlas ta’ Diċembru, ċemplu d-dipartiment tas-servizzi soċjali. Mid-dipartiment qalulhom li l-ħlasijiet ma ntbagħtux għaliex kienu naqsu li jimlew u jirritornaw formola li kienet intbghatitilhom. Formola li dawn l-istess persuni qatt ma kienu rċevew.

Meta staqsew x’formola kienet, il-ħaddiema tad-dipartiment qalulhom li din kienet formola li qed tintbgħat lil dawk kollha li jirċievu dan il-benefiċċju sabiex jiġu aġġornati d-dettalji tagħhom. Iżda sorsi qalu lil In-Nazzjon li dawn il-formoli ntbaghtu lil inqas minn nofs il-persuni kkonċernati u għaldaqstant hemm probabiltà li ħafna nies mhux se jkunu qed jirċievu l-ħlas tac-Childrens’ Allowance ghal dan ix-xahar. Dan ifisser li dawk li kienu qed jistennew il-ħlasijiet din il-ġimgħa issa se jkollhom jistennew sa Marzu biex jirċevuhom.

Din l-iskema ta’ ġbir ta’ informazzjoni ta’ min hu eliġibbli għaċ-Childrens’ allowance tidher il bdiet f’Novembru. Iżda tjidher li dan qed twassal ghal taħwid sħiħ f’dak li għandu x’jaqsam mat-tqassim tal-ħlasijiet.

Ghal xi familji, l-aħħar ħlasijiet li ntbagħtu tac-Childrens’ Allowance imorru lura għal Settembru.