It-tim ta’ Manchester United dalgħodu ħabba li Mourinho telaq mit-tmexxija tal-klabb.
Il-media Ingliża qed tirrapporta li l-Portugiż ġie imkeċċi.
Ma’ United, Mourinho rebaħ il-League Cup, ic-Charity Shield u l-Europa League.
Din is-sena r-Red Devils kellhom bidu ħażin ferm fil-kampjonat, b’nuqqas ta’ rebħiet, telf ta’ punti prezjużi u nuqqas ta’ gowls. Dan filwaqt li ħafna drabi dehru fjakki fid-difiża, u neqsin mill-ideat f’nofs il-ground. Dan tefa’ pressjoni mhux biss fuq Mourinho iżda wkoll fuq plejers bħal Pogba, Matic, Lukaku u Sanchez.
United bħalissa jinsabu 19-il punt taħt il-leaders Liverpool.