Lokali

Żewg Eġizzjani jinqabdu jippruvaw iħallu pajjiżna b’€21,750 mhux iddikkjarati

Is-sezzjoni ta’ Kontra l-Ħasil ta’ flus fi ħdan id-Dwana ta’ Malta qabdu żew’ Eġizzjani b’€21,750 fi flus mhux iddikkjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Iż-żewġ passiġġieri kienu fi triqthom lejn Istanbul b’waqfa fl-Eġittu.

Il-flus kienu moħbija f’numru ta’ envelops fil-bagalji taghhom, u skont l-Eġizzjani dawn kienu l-pagi ta’ kollegi tagħhom.

Huma ġew imwaqqfa milli jħallu pajjiżna u nżammu arrestati mill-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi.
Iż-żewġ Eġizzjani mistennija jitressqu l-qorti aktar tard illum.

Il-liġi Ewropea titlob li paggiġġiera li qed iġorru ‘l fuq minn €10,000 fi flus jiddikkjaraw dan mad-dwana tal-pajjiż qabel jivvjaġġaw. Min jonqos li jagħmel u jinqabad jista’ jiġi arrestat, immultat u d-dwana tista tikkonfiskalu l-flus mhux iddikkjarati.