Lokali Saħħa

Appell għall-għoti ta’ demm

Għal darba oħra r-riserva tad-demm hija baxxa u hemm bżonn li titla’ minnufih.

Hekk intqal permezz ta’ stqarrija miċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi ħdan Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. L-appell huwa sempliċi, biex il-pubbliku jersaq lejn iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm biex jagħtu d-demm. Demm ta’ kull tip huwa meħtieġ.

Intant l-għoti jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00 am sas-6:00 pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6:00pm).

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.