Futbol Sport

Erba’ plejers sospiżi logħba mill-Kampjonat Premier

(Ritratt: MFA)

Erba’ plejers mill-Kampjonat Premier se jitilfu l-ewwel logħba tas-sena li tagħti bidu għat-tieni rawnd, wara li kienu sospiżi logħba mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA fi tmiem il-logħbiet tal-ewwel rawnd.

Il-plejers sospiżi huma inċidentalment difensuri. Dawn huma Elkin Serrano Valero ta’ Balzan, Alexander Cini ta’ Floriana, Andrè Scicluna ta’ Tarxien Rainbows u Karl Micallef ta’ Ħamrun Spartans. Serrano Valero se jitlef il-konfront li Balzan għandhom kontra Birkirkara, Cini u Micallef mhux se jilagħbu l-logħba bejn Floriana u Ħamrun Spartans filwaqt li Scicluna mhux se jkun disponibbli għal kontra Gżira United.

Disa’ plejers mill-Ewwel Diviżjoni ġew sospiżi logħba. Dawn huma Patrick Borg u Daniel Scerri ta’ Lija Athletic, Joseph Bonello ta’ Marsa, Francesco Gusman ta’ Mqabba, Angus Buhagiar u Mead Mifsud ta’ Naxxar Lions, Manuel Bustos ta’ Sirens, Steve Schembri ta’ Żebbuġ u Neil Tabone ta’ Żejtun Corinthians. L-uffiċjal ta’ Lija Joseph Sammut u l-kit manager Larken Micallef kienu sospiżi erba’ logħbiet u żewġ logħbiet rispettivament.

Kyle Lautier ta’ Birżebbuġa St. Peter’s, Dean Sciberras ta’ Melita, Fabian Axisa ta’ Mellieħa u Aidan Agius ta’ Żabbar St. Patrick kienu l-plejers sospiżi mit-Tieni Diviżjoni.

Mit-Tielet Diviżjoni, Michael Ciappara ta’ Għaxaq u Adrian Lanzon ta’ Mtarfa ngħataw sospensjoni ta’ tliet logħbiet. Dawn huma Darren Caruana u Daniele Marsala ta’ Għargħur, Joseph Munyao ta’ Mtarfa u Jurgen Ebejer ta’ Ta’ Xbiex.