Numru ta’ residenti Balzanin tkellmu mal-kamra tal-aħbarjiet tagħna hekk kif jinsabu urtati bis-sitwazzjoni prekarja u l-istat tat-triq ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan.
F’kuntatt li għamel magħna l-Viċi Sindku Andrè Grech qalilna li residenti li anki jbatu bl-ażma ma jistgħux jieħdu nifs minħabba x-xogħol li qed isir. Ix-xogħol li suppost tlesta f’Settembru li għadda minflok iżda għadu fi stat bikri… bil-Gvern jgħid li ma kienx jaf f’liema stat kienet it-triq.. dan meta suppost saru studji professjonali ferm qabel bdiet tinqala’ t-triq.
Intant il-Kunsill Lokali tal-istess lokalità ilu jappella mal-awtoritajiet biex din il-materja tingħata l-importanza mistħoqqha biex ir-residenti ma jiqbgħux jiġu affetwati b’mod negattiv b’kawża ta’ dan ix-xogħol li suppost ilu li tlesta.
Intqal li kontinwament, dan in-nuqqas ta’ impenn biex it-triq titlesta qed ikun ta’ inkonvenjent għall-Balzanin u dawk kollha li jużaw din l-istess triq.
//= $special ?>Dewmien eċċessiv, nuqqas, u traskuraġni.. dan huwa l-istat ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan